“Kapitlu ġdid b’kitba tal-passat.”
Kien b’dan il-mod li l-editorjal tal-gazzetta The Malta Independent on Sunday, iddeskriva s-sitwazzjoni mwiegħra li qed tiddomina fil-Partit Nazzjonalista fid-dawl tal-ġlied kontinwu li baqa’ jikxef il-feriti fondi li f’Tal-Pietà.
Dawn il-feriti komplew jinkixfu wara l-gwerra li faqqgħet bejn Bernard Grech u l-eks Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo. F’diskors li mmarka tmiem il-kariga tiegħu bħala Viċi Kap tal-Partit, Arrigo qal li huwa twarrab mill-Partit Nazzjonalista u saħansitra nies fit-tmexxija qalulu li tajjeb biss biex jiġbor il-flus.
Quddiem dan kollu, l-editur tal-gazzetta The Malta Independent qal li l-Partit Nazzjonalista qed jgħix mill-ġdid il-ħmar il-lejl tal-passat riċenti tiegħu.
“In a nutshell, the PN is reliving its nightmare.”
Passat ta’ ġlied u ribelljoni interna li bbenefika l-aktar minnhom il-Kap attwali Bernard Grech wara li tqaċċat Adrian Delia.
L-editorjal ta’ The Malta Independent ikompli jgħid li l-lealtà ta’ Arrigo lejn il-Partit ma’ jista’ jiċħadha ħadd. Intqal ukoll li l-Kap, Bernard Grech, qed jilgħab man-nar jekk mhux se jpaċi mal-Eks Viċi Kap Nazzjonalista, li huwa maħbub minn ħafna fid-Dar Ċentrali.
Dwar il-Partit Nazzjonalista nnifsu, l-editorjal ta’ The Malta Independent on Sunday sostna li dan ma jaffordjax li jibqa’ jidher maqsum, anke fid-dawl tal-aħħar snin ta’ ġlied, firda, u intriċċi li qasmu d-Dar Ċentrali fi tnejn.
L-editorjal argumenta li Oppożizzjoni li hija maqsuma u li taħli l-enerġija kollha tagħha sabiex issolvi l-kwistjonijiet interni tagħha, ma tidher qatt attreanti sabiex tieħu f’idejha r-riedni tal-pajjiż.
“An Opposition that is fractured, one that wastes so much energy to sort out its internal matters, and one that is not seen as being ready to take over the reins of the country will not attract voters”
L-editur ta’ The Malta Independent on Sunday ikkritika wkoll il-mod kif il-Partit Nazzjonalista ħa erba’ xhur sħaħ biex jikkonferma l-Kap u l-Viċi Kap tiegħu, speċjalment fid-dawl tal-fatt li fiż-żewġ istanzi ż-żewġ karigi kienu kkontestati minn persuna waħda biss.
L-editur irrimarka li dan kien kollu kien ħela ta’ ħin.
“It’s all wasted time.”