Sirens rebħu t-Tazza Għaqda Ġurnalisti Sports wara li fil-finali li saret is-sibt filgħaxija għelbu lil Exiles 14-11. Kienet finali sabiħa li rat liż-żewġ timijiet telgħin ras imb’ras tant li sa tmiem it-tielet sessjoni kienu fi draw ta’ 9-9. L-ewwel sessjoni intemmet fi draw ta’ 3-3. It-tieni waħda spiċċat 3-2 favur Exiles, filwaqt li Sirens rebħu t-tielet sessjoni 4-3.
Determinanti għal Sirens l-aħħar sessjoni li rathom jirbħuwha 5-2 biex għalqu l-logħba favur tagħhom.
Fi tmiem il-finali il-captain ta’ Sirens John Napier ircieva t-tazza mir-rappre’entanti tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Mark Muscat u Domenic Aquilina.
Dejjem is-sibt saret il-finali tas-Super Cup tan-Nisa bejn Sirens u Sliema, b’Sirens ukoll joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 9-7.
Ritratt: Domenic Aquilina