Raġel ta’ 52 sena min-Naxxar weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fiż-Żurrieq.
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart fi Vjal ix-Xarolla.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Kia Sportage misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti ż-Żurrieq u mutur Honda misjuq min-Naxxari ta’ 52 sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal laktar assistenza medika.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.