It-tim tal-4x100m Relay magħmul minn Claire Azzopardi, Janet Richard, Carla Scicluna u Charlotte Wingfield stabbilixxa Rekord Nazzjonali ġdid meta għamlu ħin ta’ 45.59.
Ir-rekord preċedenti kien ta’ 45.80.
Intant il-bieraħ filgħaxija Charlotte Wingfield kienet fl-azzjoni fis-semifinali tal-200 metru. Hija għamlet ħin ta’ 24.52 sekondi u ma rnexxiliex tikkwalifika għall-finali. Wingfield spiċċat fl-24 post overall.
Fl-azzjoni wkoll Claire Azzoaprdi 2fil-Long Jump. Hija temmet l-impenji tagħha f’dan il-logħob fis-16-il post overall.
Minkejja l-ħin impressjonanti t-tim Malti ma rnexxilux jikkwalifika għar-rawnd li jmiss. Il-Heat intrebħet mill-Ġamajka li għamlu ħin ta’ 43.66.
Fil-lotta Gary Giordimaina, li qed jikkompeti fil-Men’s Freestyle 57kgs, rebaħ l-ewwel partita tiegħu kontra l-Awstraljan Justin Holland bl-iskor ta’ 8-4. Huwa mar jikkompeti fil-kwarti tal-finali kontra l-Kanadiż Darthe Capellan, madankollu dan tal-aħħar ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 12-2. It-telfa ta’ Capellan kontra n-Niġerjan Ebikewenimo Welson fissret li Giordimana ma setax jkompli għar-round ta’ repechage.
L-impenji ta’ Team Malta jiġu fi tmiemhom il-Ħadd, bis-Cycling Road Race, li fiha Malta se tkun rappreżentata minn Aidan Buttigieg.