Il-ħidma tal-Pulizija waslet sabiex f’anqas minn erbgħa u għoxrin siegħa instab is-sewwieqa li kien involut f’hit and run fiż-Żejtun, li ħalliet lil raġel ta’ wieħed u ħamsin sena mejjet.
Is-sewwieq huwa żgħażugħ ta’ wieħed u għoxrin sena residenti Birżebbuġa, u kien arrestat aktar kmieni s-Sibt wara li l-karozza nstabet f’garaxx f’Ħaż-Żabbar.
Flimkien mad-Dipartiment tar-Reati Maġġuri u tad-Distrett, fl-investigazzjonijiet taw is-sehem tagħhom ukoll il-Pulizija tal-Laboratorju tax-Xjenza Forensika.
Huwa qed jinżamm arrestat, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
B’rabta ma’ dan l-iżvilupp il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri, f’kitba fuq Facebook stqarr li dan juri l-impenn tal-Pulizija f’każijiet bħal dawn filwaqt li rringrazzjahom ta’ ħidmiethom.
AQRA WKOLL: