Is-sewwieq malti tal-Karting Nicky Gauci kien fil-Le Mans International Karting Raceway fi Franza bejn is-26 u t-30 ta’ Lulju. Gauci ħa sehem fir-Rotax Max Challenge International Trophy 2022.
L-avveniment internazzjonali ospita 265 kompetitur minn 64 pajjiż differenti. Gauci kkompeta fil-kategorija Senior Max ma’ 88 sewwieq ieħor u kien jagħmel parti mit-tim tal-MKC Motorsport. Is-sewwieqa kienu qed jimmiraw lejn biljett biex isuqu fill-finali f’Portimao, il-Portugall.
L-avveniment kien jikkonsisti f’sessjoni ta’ kwalifikazzjoni fejn jiġu stabbiliti l-posizjonijiet tat-tluq li jiġu segwiti b’ 4 heats ta’ kwalifika ta’ 10 dawriet kull waħda, li matulhom jiġu akkumulati l-punti. L-aħjar 36 sewwieq imbagħad jikkwalifikaw għall-finali u jikkompetu f’tellieqa ta’ 16-il dawra.
Fuq l-MKC kart tiegħu b’numru 492, Gauci kkwalifika fis-sitt post fis-sessjonijiet ta’ kwalifikazzjoni u akwista pożizzjoni mill-aqwa fil-grid. Il-kummentatur leġġendarju tal-karting Henry Beaudette awgura lil Gauci billi rrefera għalih bħala l-‘Maltese Falcon’, laqam li kien diġà assenjat lilu meta Gauci pparteċipa fil-finali tar-Rotax Max Challenge fil-Bahrain f’Diċembru li għadda.
Gauci temm l-erbgħa tlielaq kollha bejn is 7 u it 13 il-posizzjoni izda wara żewġ penalitajiet, il-pożizzjoni tiegħu niżlet fid-19-il post.
Gauci xorta kkwalifika għall-Finali ma l-aqwa 36 sewwieq permess tal-prestazzjoni u l-punti li akkwista qabel. Gauci beda fl-34 pożizzjoni, avvanza seba’ postijiet u spiċċa l-ġurnata fis-17-il pożizzjoni.
F’post fuq Facebook, Nicky Gauci ikkummenta, “żgur li dan kien wieħed mill-aktar avvenimenti iebsa li qatt ikkompetejt fihom, u huwa fost l-ogħla livelli ta’ karting fid-dinja. Huwa f’dawn it-tip ta’ avvenimenti li jibdew l-leġġendi”.