Żagħżugħ ta’ 19-il sena mis-Sirja weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar sular għoli waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra u nofs fi Triq Pawlu Inguanez, ir-Rabat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.