Hibernians FC irnexxilhom jiksbu riżultat tad-draw fl-ewwel leg tat-tielet rawnd tal-UEFA Ewropa Conference League meta l-Ħamis filgħaxija fil-Latvja spiċċaw il-konfront kontra Riga FS f’parita ta’ 1 – 1.
L-avversarji ħarġu aggressivi u kellu jkun Ferdinando Apap li salva gowl ċert meta tajjar minfuq il-linja tal-gowl fl-ewwel ħinijiet tal-partita.
Ftit qabel in-nofs siegħa logħob Hibernians FC spiċċaw jilgħabu b’10 plejers meta Thaylor intwera t-tieni karta safra u ħalla lill-sħabu jissiltu għal kumplament tal-konfront.
Madankollu Hibernians FC ma’ qatawx għal qalbhom u ftit wara Dunstan Vella irnexxilu jitfa fix-xibka ta’ Riga FS biex poġġa liċ-ċampjins Maltin fil-vantaġġ.
Kif mistenni fit-tieni taqsima Riga FS ħarġu jfittxu l-gowl tad-draw u għal ftit ma’ irnexxilhomx hekk kif ingħataw penalty wara foul ta’ Soares fil-kaxxa pero l-goalkeeper Kone salva t-tentattiv ta’ Mares mill-11 il-metru.
Ħames minuti mit-tmiem Riga FS ġabu d-draw permezz ta’ Saric għal riżultat finali ta’ 1 – 1.
It-tieni leg tintlagħab nhar il-Ħamis 11 t’Awwissu fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.