Gzira United għadhom b’ċans tajjeb ħafna li jikkwalfikaw għal play-offs ta’ qabel l-istadju tal-gruppi tal-UEFA Ewropa Conference League meta l-Erbgħa filgħaxija fil-Worthersee Stadium ġewwa l-Awstrija, huma irnexxilhom jżommu lill-Wolfsberger fid-draw ta’ mingħajr gowls fl-ewwel leg tat-tielet rawnd.
Minkejja li l-Awstrijaċi kellhom ħafna minn dak li hu pusses, il-maroons irnexxilhom jikkontrollaw mill-bidu sal-aħħar tant li qadd ma ħallew lill-Wolfsberger isibu l-lasta.
L-aħjar ċans tal-partita wasal ftit qabel il-mistrieħ meta t-tentattiv ta’ Baribo ra’ lill-Zarkov jsalva.
Gżira bdew jippruvaw jaqbdu lill-avversarji bil-kontrattakk u mas-siegħa logħob konklużjoni ta’ Maxuell Maia ġiet salvata minn Bonman.
Lejn it-tmiem Gżira d-defendew ir-riżultat u irnexxilhom joħorġu mill-partita b’fiduċja assoluta għal logħba tar-ritorn ta’ nhar it-Tlieta fil-18.00 fic-Centenary Stadium.
Ritratt: Gzira United Media