- 10 fire engines
- Mat-30 pumpier
- 5 sigħat ta’ ġlied kontra n-nirien
- 300,000 litru ilma
- 2,500 litru foam
Daqshekk kien kbir l-isforz ta-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, biex nhar il-Ħadd li għadda ikkontrolla n-niren kbar li ħakmu zona f’Kordin.
Kelliem għad-Dipartiment qal li din kienet operazzjoni kbira, u l-pumpiera ħadmu ħafna biex in-nar ma baqax sejjer u ħakem fabbrika li kien hemm fil-qrib.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sfortunatament, qal il-kelliem, ftit li xejn seta’ jsir biex ma jaqbdux il-karozzi li kien hemm fiz-zona.
Mistoqsi x’seta kkawża dawn in-nirien, il-kelliem qal li jistgħu jkunu diversi fatturi. Qal ukoll li l-kundizjonijiet sħan tat-temp iwasslu biex meta jkun hemm nirien, dawn jinfirxu ħafna aktar malajr, minħabba n-nuqqas qawwi ta’ umdità.
Dawn ir-ritratti huma indikazzjoni tal-ħidma kbira li kellha ssir.



