Il-Judoka Katryna Esposito kisbet medalja tal-Bronż għal Malta it-Tnejn wara nofsinhar fil-Coventry Stadium u Area meta għelbet lil Priscilla Morand tal-Mawrizju.
Il-Judoka Katryna Esposito kkompetiet fl-avveniment ta’ -48kg kontra l-Ingilterra Amy Platten. Platten rebħet lil Esposito minn ippon għal skor finali ta’ 10-0.
Minkejja t-telfa, Esposito tat prestazzjoni tajba fil-konkors ta’ repechage biex għelbet lil Ashleigh Anne Barnikel ta’ Wales, ukoll għal ippon f’logħba li damet 2 minuti 35 sekonda.
Dan ir-riżultat fisser li Esposito ipproċediet għar-rawnd tal-Midalja tal-Bronż fejn kellha tikkompeti kontra Priscilla Morand tal-Mauritius.
Intant, fl-NEC Arena, il-weightlifter Yazmin Zammit Stevens, li qed tagħmel it-tieni dehra tagħha fil-Logħob tal-Commonwealth, ikkompetiet fil-kategorija tan-Nisa 64kg.
Zammit Stevens spiċċat fis-sitt post fost grupp ta’ tnax-il atleta, Zammit Stevens tellat 83 kilo fl-avveniment ta’ snatch, wara li falliet l-ewwel tentattiv ta’ 81kg. Fl-avveniment clean and jerk, Zammit Stevens tellat total ta’ 103 kilogramma, wara li falla l-ewwel tentattiv ta’ 103.
Zammit Stevens kisbet total finali ta’ 186 kilogramma.
L-avveniment intrebħet mill-Kanadiża Maude Charron. B’101 kilogram u 130 kilogramma fl-avvenimenti Snatch u Clean and Jerk ġabret total ta’ 231 kilogramma, b’dan ir-riżultat irreġistrat Rekord tal-Logħob fil-proċess.
Aktar tard wara nofsinhar Roberta Tabone ikkompetiet ukoll fl-avveniment finali ta’ 71kgs, li ġabet fi tmiemha l-attivitajiet minn Team Malta għat-Tnejn.
It-Tlieta 2 ta’ Awwissu, Malta se tkun qed tikkompeti fl-Atletika, meta Carla Scicluna se tkun qed tieħu sehem fil-heats tal-100m. Lawn bowlers se jerġgħu jidħlu fl-azzjoni wkoll meta jikkompetu fl-avvenimenti tal-Pari tan-Nisa u tal-Erbgħa tal-Irġiel.