Żewġt’irġiel Taljani ġew immultati €800 bejniethom wara li tard nhar il-Ħadd ħolqu kommossjoni fuq ajruplan fi triqtu lejn Malta.
Jacopo Paolazzi ta’ 31 sena, impjegat ta’ supermarket f’Milan u Gianpiero Zanzarelli ta’ 29, furnar minn Desio, ġew arrestati malli niżlu Malta. Huma ġew akkużati li ġabu ruħhom ħażin abbord l-ajruplan tar-Ryanair, b’mod li pperikolaw lil dawk abbord.
Iż-żewġ Taljani kienu bilqiegħda ħdejn xulxin tul it-titjira, u fil-bidu kienu qed jiċċajtaw, qabel ma bdew jiġġieldu. Wieħed minnhom ta daqqa ta’ ħarta lill-ieħor u l-affarijiet esklalaw, minkejja l-isforzi tal-membri tal-ekwipaġġ biex jikkalmawhom.
Zanzarelli kien mixli wkoll bl-importazzjoni illegali ta’ raża tal-kannabis. Il-prosekuzzjoni kkonfermat li din ma kinitx maħsuba għall-bejgħ.
Iż-żewġt irġiel wieġbu ħatja. Il-Qorti ikkundannat multa ta’ €200 lil Paolazzi u ta’ €600 lil Zanzarelli.