Mara ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Selmun.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-erba’ ta’ waranofsinhar fit-Telgħa ta’ Selmun.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ tnejn u tletin sena. residenti n-Nadur, u oħra misjuqa minn mara ta’ tnejn u erbgħin sena, residenti Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku b’ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhux ma ġietx ikkomunikata lill-istampa.