Ġieli ħsibt dwar kif jinħadem iċ-ċensiment?
Id-Direttur Ġenerali tal-NSO u l-Uffiċjal taċ-Ċensiment, Etienne Caruana, li spjega d-diversi sfidi li ltaqgħu magħħhom biex sar l-aħħar ċensiment.
Minħabba l-pandemija, ħafna nies ma kinux komdi jiltaqgħu fiżikament, allura intużaw l-internet u t-telefown biex inġabret l-informazzjoni. Sfida oħra kienet il-lingwa, minħabba l-preżenza ta’ ħafna barranin. Dan wassal biex iċ-ċensiment ma sarx biss bil-Malti u l-Ingliż, iżda anki b’lingwi oħrajn sabiex jipprova jilħaq lil kulħadd.
Ir-rata ta’ nies li kkonkorrew għal dan iċ-ċensiment kien ta’ madwar 84%. Ix-xogħol fuq iċ-ċensiment li sar is-sena li għaddiet beda fl-2018, u l-proċess għadu mhux magħluq, għax irid jerġa’ jkun żġurat li ma jkunx hemm ċaqliq f’xi numri.
Segwi l-filmat għal aktar kurżitajiet dwar kif jinħadem iċ-ċensiment.