It-team nazzjonali tat-tfajliet U18 tal-Basketball kiseb il-midalja tal-fidda waqt il-kampjonati FIBA U18 li kienu qed isiru f’Andorra. Dan hekk kif fil-finali Malta tilfet kontra Georgia bl-iskor ta’ 37-61.
Ta’ sodisfazzjon il-fatt li l-plejer maltija Danika Galea kienet inkluża fl-All-Star Five tat-tournament b’medja ta’18.8 punti, 9.3 rebounds u 2.0 blocks kull partita.
Intant it-team nazzjonali tal-Basketball tas-subien U18 Diviżjoni C temm fis-sitt post waqt il-kampjonati li saru f’San Marino. Fil-logħba għall-ħames u s-sitt post it-team malti tilef kontra Andorra bl-iskor ta’ 73-60. L-aħjar skorer għal Malta kien Neil Cassar b’19 il-punt segwiet minn Connor Warren James u Justin Caruana li għamlu 12 il-punt kull wieħed.