Lyndsay u Matthew Brentlinger minn Toledo f’Ohio, kienu ilhom is-snin jipprovaw ikollhom tarbija, u l-ħolma tagħhom saret realtà meta fis-17 ta’ Diċembru li għadda kellhom tewmin. Wiliam u Reagan.
Sfortunatament, William twieled b’diversi kumplikazzjonijiet. Kien fis-seba’ xahar tat-tqala meta l-koppja Brentlinger saru jafu li wieħed mit-tewmin kien se jitwieled mejjet, iżda rnexxielu jgħix tul it-tqala kollha, twieled u għamel ħaj 11-il jum qabel ma tilef ħajtu.
Il-koppja, biex jibqgħu jiftakru l-memorja ta’ binhom, iddeċidew li jieħdu sett ta’ ritratti professjonali tat-tewmin flimkien ftit qabel il-Milied.
“L-ewwel darba li rajthom infqajt nibki. Għadni nibki meta narhom. Memorji li se nibqgħu ngħożżu għal dejjem,” sostniet omm it-trabi.