Arloġġ li qed jingħad kien ta’ Adolf Hitler, ġie mibjugħ għal $1.1miljun f’irkant fl-Istati Unit.
L-arloġġ, li hu tad-ditta Huber, inbigħ lil persuna anonima, fejn fuqu tidher l-arma svastika u l-ewwel ittra ta’ isem u kunjom Hitler, AH, imnaqqxa fih.
Dan il-bejgħ qed jitqies bħala wieħed kontroversjali b’bosta jsostnu kif ħadd m’għandu jappoġġja jew jagħmel qligħ minn fuq oġġetti ta’ persuna li kkawża tant imwiet.