Għada s-Sibt 30 ta’ Lulju l-“Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi” ħa torganizza l-attivta speċjali li ssir kull sena li normalment issir fi zmien il-Milied imma minhabba protesta li kienet saret mid-drivers qabel il-Milied li ghadda kellha tigi posposta. Bħal snin preċedenti l-attivita tiġi mtella biex jinġabru fondi li din id-darba ser immoru ghal Puttinu Cares. F’din is-27 edizzjoni ta’ din l-attivita ser tkun id-dedikata biss ghad-Demolition Derby. Din ser tibda fis-7:30pm bil-Kumpless jinfetaħ fil-5:30pm. Il-pubbliku mħeġġeġ sabiex jahseb kmieni minhabba il-Parking.
Għalkemm il-kompetituri tad-Demolition qed isibuha diffiċli ħafna li jixtru karozzi qodma għal dan l-avveniment li jittellha “Darba fis-Sena”, 36 kompetitur irreġistraw għal din il-kompetizzjoni. F’din l-edizzjoni irrnexilhom jghaddu mill-iskrutinju 35 Karozza u se naraw 7 il-kompetituri ġodda f’dan l-isport u 29 li huma sewwieqa li soltu jieħdu sehem f’din il-logħba.
Il-ħbit bil-karozzi hija l-irwol ta’ din il-logħba s-sewwieqa għandhom regoli ta’ ‘sigurtà speċjali’ li jridu jiġu osservati sabiex titħares is-saħħa tas-sewwieqa kollha. Ir-Regoli preventivi ta’ din il-loghba jridu jiġu osservati mis-sewwieqa kollha matul u sal-aħħar tad-Demolition Derby. Filwaqt, l-Assoċjazzjoni tieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex dan iseħħ. Dan kollu jamel din l-attivita success fejn l-ahhar karozza li tkun ghada timxi biex tghati l-ahhar daqqa tigi iddikjarata rebbieha.
Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha wkoll fis-sit elettroniku tal-Assocjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġni tal-Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email:- info@asmk.org.mt