Fic-Centenary Stadium il-Ħamis filgħaxija Hamrun Spartans ukoll għamluha għat-tielet rawnd tal-UEFA Ewropa Conference League meta bl-skor ta’ 1 – 0 reġaw għelbu lill-FK Velez tal-Bosnija Herzegovina biex b’hekk ikkwalifikaw b’aggregate ta’ 2 – 0.
Hamrun kienu aħjar mill-avversarji tul id-disgħin minuta kollha bit-tim mill-Bosnija rarament impenja serjament lill-goalkeeper internazzjonali Malti Henry Bonello.
L-intenzjonijiet ta’ Ħamrun kienu ċari sa mill-bidu tal-konfront hekk kif mill-ewwel ħarġu jfittxu l-gowl li jagħtihom ċerta konfort u filfatt hekk ġara għaliex mal-kwarta logħob Jonny do Nascimento Torres skorja gowl sabiħ li poġġa lill-Hamrun fil-vantaġġ u lil partitarji f’delirju ta’ ferħ.
FK Velez ħarġu xi ftit aktar organizzati fit-tieni 45 minuti madankollu t-tim immexxi minn Branko Nisevic baqa fil-kontroll tal-partita u meritatament rebaħ l-logħba 1 – 0.
Fit-tielet rawnd Hamrun se jaffaċjaw lill-Levski Sofia tal-Bulgarija.