Hibernians FC irnexxilhom jikkwalifikaw għat-tielet rawnd tal-UEFA Ewropa Conference League meta fl-Estonja temmew il-konfront kontra FC Levadia Talinn f’parita ta’ 1 – 1 biex b’hekk għaddew b’aggregate ta ‘ 4 – 3.
It-tim minn Raħal Ġdid irnexxilu jegħleb lill-FC Levadia Talinn 3 – 2 fl-ewwel leg f’pajjiżna u għalhekk ħarġu għal din il-partita b’vantaġġ ta’ gowl.
Fil-partita li intlagħbet il-Ħamis f’A. Le Coq Arena f’Talinn, Hibernians FC għarfu jikkontrollaw lill-avversarji għal ħafna ħinijiet u wara taqsima mingħajr gowls iċ-ċampjins tal-Kampjonat Premier marru fil-vantaġġ fil-78 minuta permezz tad-difensur Ferdinando Apap.
Il-gowl vantaġġ ma’ damux jgawduħ għaliex Oigus ġab id-draw għal FC Levadia Talinn sekondi biss wara.
Madankollu Hibernians baqaw iffukati sal-aħħar biex finalment għamluha għar-rawnd li jmiss fejn se jkunu qed jaffaċjaw lill-FK Rigas FS tal-Latvja.
Ritratt: Hibernians FC Media