L-istilla Spanjola tal-opra rock Cristina Ramos se tkun il-mistiedna speċjali f’kunċert li se jsir fiċ-Ċittadella, Għawdex, nhar is-Sibt, bl-isem ta’ Cristina Ramos Live in Malta.
L-eks rebbieħa ta’ Spain’s Got Talent u La Voz se tkun akkumpanjata minn DCapitals Big Band.
Fl-2016, il-kantanta Spanjola għamlet id-debutt tagħha fis-serje Got Talent ta’ pajjiżha, fejn kantant id-diska “Highway to Hell” tal-AC/DC.
Ramos tant kienet eċċellenti fuq il-palk li kisbet il-famuż ‘Golden Buzzer’.
ONE News iltaqa’ ma’ Ramos fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mal-wasla tagħha. Hija qalet li hija msaħħra għall-aħħar b’pajjiżna. Iddeskriviet il-kunċert f’Għawdex bħala opportunità unika għax minkejja li kantat f’diversi pajjiżi, dejjem xtaqet li tiġi u tkanta f’pajjiżna, speċjalment f’Għawdex.
“For me, it is amazing. I waited for this moment two years, and now I am here in Malta, which is my first time in Malta. I have many friends who live here who told me that Malta is very nice and that I must come to Malta, and now I am here. It is very special to me to sing with this amazing band, and I am very excited.”
Dan l-avveniment huwa appoġġjat mid-Direttorat tal-Wirt Kulturali fil-Ministeru għal Għawdex.