Żewġ vetturi ħadu n-nar kmieni dalgħodu waqt li kienu pparkjati u oħra ġarrbet ħsarat f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:50 fi triq San Edwardu meta għal raġuni li għadha mhix magħrufa ħadu n-nar żewġ vetturi, waħda tat-tip Pegeut 107 u l-oħra tat-tip Opel Astra.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn ikkontrollaw n-nirien.
Vettura oħra li kienet pparkjata qrib iż-żewġ vettur ġarrbet xi ħsarat.
Il-Pulizija bħalissa għaddejja bl-investigazzjonijiet.