Dante Buhagiar, żagħżugħ ta’ 19-il sena mill-Imsida ġie kkundannat erba’ snin ħabs wara li ammetta li seraq mingħand anzjana ta’ 73 sena fil-Belt.
Iż-żagħżugħ ġie akkużat li għamel dan ir-reat f’Settembru li għadda u kkaġunalha ġrieħi ħfief, filwaqt li kiser żewġ sentenzi tal-Qorti.
Fil-Qorti ntqal kif iż-żagħżugħ għandu l-vizzju tad-droga.
Apparti s-sentenza ta’ ħabs, il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ħarġet ordni ta’ trattament fil-konfront tiegħu għal perjodu ta’ tliet snin.