Negozjant mill-Istati Uniti li kien f’tilwima mad-Dipartiment tal-Vetturi ħallas kont tat-taxxa li kien jammonta €3,000 billi mela ħames karretti b’300,000 munita.
Nick Stafford minn Cedar Buff, Virgina, wassal tant ċenteżmi li l-maġna tad-Dipartiment li tgħodd il-muniti ma setgħetx tlaħħaq.
L-impjegati tad-Dipartiment qattgħu seba’ sigħat jgħoddu l-muniti fejn kellhom jaħdmu sa tard bil-lejl.
Huma lestew l-għadd il-Ħamis filgħodu.