Spettaklu ta’ Boxing u Kickboxing waqt ‘Battle of Honour’ organizzata minn The Arena Combat Sport Promotions li ttellgħet fil-bidu ta’ Lulju f’Hal Farruġ. Attivita’ li laqqgħet atleti maltin ma’ oħrajn taljani flimkien ma’ atleti oħra minn pajjiżi differenti. L-aktar li spikkat kienet il-ġlieda K1 tal-malti Brandon Borġ li ratu jirbaħ it-titlu mondjali. Il-kompetizzjoni kienet imtella’ mill-promoter Simon Chetcuti.
Mistennija kienet il-ġlieda ta’ Brandon Borġ fir-ritorn tiegħu ghall-Kickboxing. Huwa rebaħ it-titlu mondjali b’rebħa tajba fuq Kaba Mamaoud mill-Guneia.
Fi ġlidiet oħra kellna dawn ir-riżultati.
Diego Cassar rebaħ lil Kieron Pulicino fil-Juniors Boxing.
Fil-Boxing femminili, kellna r-rebħa ta’ Erika Chetcuti kontra Chiara Bezzina u Rowana Cesare fuq l-arġentina Chiara Ilustrade,
Fil-Kickboxing femminili it-taljana Claudia Lutrica rebħet lill-maltija Lea Scerri.
F’aktar riżultati, Franco Fenech rebaħ lil Sashrik Massa u Lydon Xuereb għeleb lit-taljan Giuseppe Chiaramonte. Fouad Wakil ħareġ rebbieħ kontra l-ukren Aekadi Arsu.
Fil-K1, Felix Peruz rebaħ lit-taljan Giuseppe Colucci filwaqt li Sinay Albanis rebaħ lil Triston Agius.
Dejjem fil-K1, Kevin Argelier għeleb l-isfida tat-taljan Dani Pelamatti filwaqt li Giuseppe Buda rebaħ it-titlu ewropew meta għeleb lill-malti Kurt Mula.