Fil-Filippini, tliet persuni nqatlu wara li ġew sparati tiri waqt ċerimonja tal-gradwazzjoni ta’ waħda mill-aqwa universitajiet f’dan il-pajjiż.
Rapporti fil-midja internazzjonali qed jirrappurtaw kif f’din l-isparatura nqatlet l-eks sindku tal-belt, fejn kien hemm dan l-inċident.
Is-suspettat ta’ din l-isparatura ġie arrestat fuq il-post u qed jiġi interogat mill-pulizija tal-lokal.
Kawża tal-isparatura, din iċ-ċerimonja li kellha tkun waħda ta’ ferħ u sodifazzjon għal diversi gradwati, spiċċat tħasret traġikament.