Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku beda żjara appostolika ta’ sitt ijiem fil-Kanada.
Minkejja l-kundizzjoni fraġli ta’ saħħtu, Papa Franġisku fl-età ta’ 85 sena, għażel li xorta waħda jħalli l-Vatikan u jivvjaġġa f’pajjiż kilometri ‘l bogħod, hekk kif qed sejjaħ din iż-żjara bħala ‘pellegrinaġġ ta’ penitenza’.
F’dan il-vjaġġ storika u bi skop, l-Isqof ta’ Ruma, mistenni jitlob apoloġija formali lill-komunitajiet indiġeni li fil-passat sofrew abbużi fl-iskejjel tal-knisja madwar il-pajjiż.
Il-Papa qed jittama wkoll li jfejjaq ftit mill-ferita ta’ dawn il-mijiet ta’ persuni li batew minħabba membri fil-Knisja Kattolika.
Fost l-oħrajn il-Papa se jżur il-provinċji ta’ Alberta u Quebec.
Fil-passat, madwar il-Kanada, mija u ħamsin elf tifel u tifla li ġejjin minn komunitajiet indiġeni differenti ttieħdu fi skejjel apposta bi skop li jinqerdu l-kulturi u l-lingwi indiġeni.
Il-Knisja Kattolika kienet tmexxi 70% ta’ dawn l-iskejjel residenzjali u kien hemm madwar mija u tletin skola mifruxa mal-pajjiż – bl-aħħar skola kienet għalqet fl-1996.
F’rapport li ġie ppubblikat fl-2015, ħareġ kif f’dawn l-iskejjel seħħew mijiet ta’ abbużi u malnutrizzjonijiet, b’bosta kienu ddeskrivew din is-sistema bħala ġenoċidju tal-kultura.
Episodju xokkanti kien, meta riċentament instabu mijiet ta’ kadavri ta’ tfal f’dawn l-iskejjel f’siti fejn kienu l-iskejjel.