Huma kollha pajjiżi li skont Moody’s, huma fost l-aktar li jistgħu jkunu effetwati ħażin minn Brexit.
L-aġenzija ta’ klassifikazzjoni ta’ kreditu qalet li l-Irlanda u l-Belġju huma l-aktar żewġ pajjiżi fiz-zona Ewro li għandhom probabiltà li jkunu efferwati mid-divorzju bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.
“Il-livell għoli ta’ nuqqas ta’ sigurtà dwar Brexit u kif se jkun trattat il-proċess se jħalli effett fuq in-negozji u l-kunfidenza tal-konsumatur” qalu l-analisti ta’ Moody’s, immexxija minn Sarah Carlson, f’rapport ippublikat ilbieraħ.
Malta hija partikolarment vulnerabbli, jemmnu Moody’s, minġabba r-relazzjonijiet ta’ negozju, turiżmu u finanzi li għandna mal-Ingliżi. Malga però għandha rwol kruċjali, għad-differenza tal-pajjiżi l-oħra li jsemmi Moody’s. Il-Prim Ministru Malti kemm-il darba saħaq dwar l-importanża li l-ftehim li jsir dwar il-ħruġ tar-Renju Unit ikun inferjuri għal dak ta’ sħubija sħiħa mal-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qalet li se tibda l-proċeduri tal-firda f’Marzu, meta Malta għandha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.