Raġel ta’ 41 sena residenti l-Mellieħa indarab gravi wara inċident tat-traffiku fil-Mellieħa.
Il-każ seħħ għal ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ filgħodu fi Triq Qasam Barrani.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa minn tfajla ta’ 19-il sena residenti l-Imġarr, u Volkswagen T-Cross misjuq mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.