Tifa ta’ tliet snin li kienet passiġiera ma’ mara ta’ 66 sena residenti x-Xagħra, Għawdex weġġgħet gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traddiku bejn tliet vetturi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4:15 ta’ waranofsinhar f’Telgħet ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Ford Mondeo misjuqa minn mara ta’ 34 residenti x-Xagħra, Għawdex, Mitsubishi Pajero misjuq minn mara ta’ 66 sena residenti x-Xagħra, Għawdex, u Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 44 sena residenti l-Mellieħa.
Fil-Mitsubishi flimkien mat-tfajla kien hemm passiġiera mara ta’ 43 sena mix-Xagħra, Għawdex.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista u aktar tard ħa lit-tifla lejn l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.