Is-Sibt u l-Ħadd 23 u 24 ta’ Lulju, ser jitkompla il-Kampjonat nazzjonali tal-Karting fit-trakka La Reve f’Ħal Far, li issa wasal fir-raba rawnd tiegħu. Il-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting qed jiġi organizzat minn Island Karting Club, Karting Club Malta u l-Malta Motorsport Federation. Is-Sibt, ser isiru sitt tiġrijiet: Entry-level, 60cc, Rotax Micro Max, Iame X30 Mini, u Imae X30 Junior. Il-Ħadd se jkun hemm ħames klassijiet oħra, l-Iame X30, Vortex RokGP, Vortex RokGP Master, Rotax Max u Iame X30 Masters.
L-avveniment joffri divertiment u huwa miftuħ għall-pubbliku ġenerali.