Awla, il-programm li fl-aħħar skedi ta’ ONE kiseb popolarita’ ser ikun qed jirritorna fuq l-istess stazzjon mill-iskeda tal-Ħarifa li ġejjha. Luke Dalli ser jibqa’ jmexxi dan il-programm, bil-qofol tibqa’ d-diskussjoni kurrenti iżda kif ikkonfermalna Luke Dalli nnifsu, għall-iskeda l-ġdida, Awla ser jiffokka aktar fuq suġġetti li jolqtu lill-Maltin u l-Għawdxin fil-laħam il-ħaj u suġġetti oħra li għal ħafna huma taboo.
Luke Dalli jgħidilna li mhux ser jonqsu l-istejjer umani, stejjer li diġa’ hu u t-tim bdew jaħdmu fuqhom u li ser ikunu stejjer u rakkonti li ser jaħsdu lis-segwaċi ta’ Awla.
It-tim ta’ Awla qed jagħmel sejħa sabiex min hu interessat li jirrakkonta xi esperjenza, jitkellem fuq xi ħaġa jew suġġeriment ta’ xi suġġett għad-diskussjoni, jagħmel kuntatt mal-programm permezz tal-paġna ta’ facebook.