Raġel mill-Georgia ta’ 52 sena li jgħix San Pawl il-Baħar, tilef ħajtu wara li waqa’ tliet sulari waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-09:00 fil-limiti tal-Ħandaq f’Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku biex jassistu.
Ir-raġel ittieħed l-isptar għall-kura iżda sfortunatament, ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI