Raġel ta’ 47 sena minn San Pawl il-Baħar wara li weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ il-Ħamis filgħaxija fi Triq Burmarrad f’San Pawl il-Baħar.
Jirriżulta li r-raġel kien qed isuq vettura meta tilef il-kontroll u ħabat ġol-crash barriers li kien hemm fit-triq.
Konsegwentament, il-vettura ħabtet ukoll ma’ karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 42 sena minn Ħaż-Żabbar.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna fuq il-post u r-raġel ta’ 47 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.