Ranil Wickremesinghe, l-Eks Prim Ministru ta’ Sri Lanka issa ħa l-ġurament bħala l-President tal-pajjiż li bħalissa jinsab jaffaċċja sfidi ekonomiċi kbar.
Il-Prim Ministru li għandu 73 sena, ma jgawdix l-akbar fiduċja fost il-pubbliku iżda dawk li ħadu sehem fil-protesti fl-aħħar ġimgħat qalu li ser ituh ċans.
Fil-prostesti l-propjetà tiegħu tqabbdet minn dawk li kienu qed jipprotestaw filwaqt li daħlu fil-palazz Preisdenzjali tal-Eks President.
Minkejja li l-protesti ntemmu s-sigurtà madwar il-binjiet tal-Gvern baqgħet waħda stretta.
Il-maġġoranza assoluta tal-membri parlamentari ta’ Sri Lanka ivvutaw sabiex Wickremesinghe ikun jista’ jservi ta’ President.