Raġel ta’ 36 sena residenti r-Rabat, Għawdex weġġa’ gravi wara li ċediet injama li kien qed jaħdem fuqha bil-konsegwenza li waqa’ għoli ta’ madwar sular.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq ta’ Xagħman, is-Sannat, Għawdex.
Fuq il-post assitsew uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku li aktar tard ħa lir-raġel lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.