Il-birrerija antika tal-Farsons se tkun qed tingħata dehra ġdida hekk kif l-Awtoritá tal-Ippjanar approvat li jsir restawr fuq din il-Birrerija storika.
Wara dan ir-restawr din il-binja se tinbidel f’mużew u ċentru għall-viżitaturi li jinkludi restoranti u uffiċċji. Din il-birrerija ġiet disinjata minn Lewis Farrugia u William Binnie.
L-innovazzjoni tagħha tinsab fl-istruttura li tikkonsisti minn qafas tal-konkrit, flimkien mal-enfasi li saret mill-perit fuq id-dawl naturali u l-ventilazzjoni. L-istruttura ta’ din il-binja hija ukoll meqjusa bħala simbolu tat-tibdil li ġabet magħha r-revoluzzjoni industrijali.