It-Tlieta filgħaxija Hibernians FC ipparteċipaw għal ewwel darba f’dan l-istaġun fil-UEFA Ewropa Conference League meta fic-Centenary Stadium iltaqaw kontra t-tim mill-Estonja FC Levadia Talinn u ħarġu rebbieħa bl-skor ta’ 3 – 2.
Kien Ferdinando Apap li poġġa lit-tim tal-Hibs fil-vantaġġ fil-17 il-minuta logħob bil-captain fil-ġurnata Jurgen Degabrielle jirdoppja fil-24 minuta għal 2 – 0 liema skor baqa’ ma’ inbidilx sat-tmiem l-ewwel taqsima.
Fit-tieni taqsima Hibernians ħarġu bl-stess grinta madanakollu lejn it-tmiem tal-partita ġew skorjati tlett gowls oħra li jħallu l-kwalfikazzjoni miftuħa fit-tieni leg.
Fil-87 minuta t-taljan Maximiliano Ugge naqqas id-distakk għal FC Levadia iżda għal dan il-gowl it-tim minn Raħal Ġdid kellu risposta immedjata għax mill-ġdid reġaw fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals grazzi għal Yunusa Owolabi Muritala li għamel l-skor 3 – 1.
Erba minuti fuq il-ħin regolamentari Ernest Agyir skorja gowl ieħor għat-tim mill-Estonja bil-partita tintemm 3 – 2 favur Hibernians FC.
It-tieni leg tintlagħab il-Ħamis 28 ta’ Lulju fil-19.00