Nelson Maldela kien l-ewwel Kap iswed tal-Istat tal-Afrika t’Isfel u l-ewwel wieħed President f’elezzjoni demokratika rappreżentattiva tal-popolazzjoni kollha tal-pajjiż.
Il-Gvern tiegħu ffoka fuq iż-żarmar tal-politika tal-apartheid – il-politika tas-segregazzjoni u diskriminazzjoni fuq il-bażi tar-razza – billi rawwem ir-rikonċiljazzjoni razzjali.
Kien f’Novembru tal-2009 li, b’rikonoxximent tal-kontribut ta’ Mandela għall-kultura tal-paċi u tal-ħelsien, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ddikjarat jum għeluq sninu, it-18 ta’ Lulju, bħala l-Jum Internazzjonali ta’ Nelson Mandela.
Dan il-Jum huwa maħsub biex jonora l-wirt tal-eks President tal-Afrika t’Isfel u l-valuri tiegħu, permezz ta’ volontarjat u servizz fil-komunità.
Jum Mandela huwa sejħa globali għall-azzjoni li tiċċelebra l-idea li kull individwu għandu s-setgħa li jittrasforma d-dinja; il-kapaċità li jagħmel impatt.
Il-messaġġ tal-kampanja li ssir f’Jum Mandela huwa biex jittieħdu azzjonijiet li jgħaqqdu li n-nies madwar id-dinja biex jiġġieldu l-faqar u jippromwovu l-paċi, ir-rikonċiljazzjoni, u d-diversità kulturali.