Madwar tletin fekruna nstabu mejta fil-gżira ta’ Kumejima, il-Ġappun b’daqqiet ta’ sikkina f’għonqhom.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dawn il-fkieren huma meqjusa li qegħdin f’riskju ta’ estinzjoni mill-awtoritajiet Ġappuniżi u gruppi ta’ konservazzjonisti madwar id-dinja.
Uħud mill-fkieren kellhom ukoll ġrieħi ma’ saqajhom.
Sajjied ammetta li weġġa’ l-fkieren biex jaqlahom minn ma’ xbieki tas-sajd. Madanakollu, l-Pulizija Ġappuniża qed tinvestiga akkużi ta’ krudeltà fuq l-annimali.