Hekk kif fit-tmiem il-ġimgħa li għaddiet saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol, waqt lis-stess laqgħa ingħataw numru ta’ unuri marbuta mal-istaġun 2021 / 2022.
L-unur tal-aħjar plejer tas-sena intrebaħ mill-attakkant ta’ Hibernians FC u tat-tim Nazzjonali Malti Jurgen Degabriele. Degabriele, li għandu 25 sena, kien pedina ferm importanti għat-tim pawlist fit-tragward tagħhom tar-rebħ tal-Kampjonat fejn skorja xejn anqas minn 14 il-gowl.
L-unur ta’ l-aqwa plejer femminili kien mirbuħ mil-plejer ta’ Swieqi United Dorianne Theuma. Theuma hija l-uniku plejer fit-tim Nazzjonali feminili li lagħbet 100 partita mat-tim nazzjonali Malti tan-nisa. Matul l-istaġun li għadda Swieqi United temmew il-Kampjonat fit-tieni post filwaqt li waslu sal-finali tal-kompetizzjoni knockout.
Stefano Sanderra, l-ex kowċ ta’ Hibernians FC rebaħ l-unur tal-kowċ tas-Sena filwaqt li Adam Magri Overend ta’ Floriana FC rebaħ l-unur taż-Żagħżugħ tas-Sena.
L-unur taL-aqwa skorer tal-Kampjonat ġie mirbuħ minn Maxwell Maia ta’ Gżira United.