Fit-tmiem il-ġimgħa fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq saru il-Kampjonati Nazzjonali tal-Għawm imtella’ mill-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Malta fejn inkissru numru ta’ rekords.
Fl-ewwel ġurnata ġie stabbilit rekord nazzjonali fl-avveniment tal-200m backstroke minn Dylan Cachia. Cachia għamel ħin ta’ 2:08.35, fejn għeleb ir-rekord preċedenti stabbilit fl-2019 minn Thomas Wareing b’.6 ta’ sekonda.
Thomas Wareing stabbilixxa Rekord Nazzjonali ġdid fil-100m Backstroke tal-Irġiel fit-tieni jum tal-Kampjonati Nazzjonali. Ir-rekord preċedenti li kien ġie stabbilit minn Wareing innifsu f’April 2022 issa ġie sostitwit minn dak stabbilit f’dawn il-kampjonat b’ħin ta’ 59.65.
Intant Ella Fenech Attard stabbilixxiet rekord ġdid ta’ Age Group B fl-avveniment tal-400m freestyle, meta għelbet ir-rekord tal-Age Group tagħha stess. Ir-rekord il-ġdid tal-Grupp ta’ età B issa jinsab f’4:57:77.
Fit-tielet jum Thomas Wareing għam l-ewwel taqsima tal-4x100m Medley (Irġiel) u tejjeb ir-rekord nazzjonali tiegħu tal-100m Backstroke b’0.05 ta’ sekonda. Ir-Rekord Nazzjonali preċedenti ġie stabbilit il-ġurnata ta’ qabel minn Wareing innifsu.