Għall-iskeda tas-sajf il-programm Pjazza se jixxandar għal darba fil-ġimgħa kull nhar ta’ Tnejn filgħaxija u llejla tixxandar l-ewwel edizzjoni.
Anke jekk mhux imxandar kuljum bħal fl-iskeda tax-xitwa, il-programm ippreżentat minn Karl Stagno Navarra mistenni jżomm l-udjenza, partikolarment dik li ssegwi x-xena politika, interessata b’analiżi bir-reqqa li issa hu magħruf għaliha dan il-programm
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Live fit-8.30, illejla ma tonqosx analiżi politika. Il-ħidma tal-gvern f’ċirkostanzi internazzjonali li mhuma faċli xejn, u l-mod kif l-Oppożizzjoni qed tireaġixxi b’ħafna drabi terġa’ tirriżulta mhux preparata u maqsuma.