Il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy keċċa żewġ uffiċjali importanti fil-qasam tas-sigurtà fl-Ukrajna wara każijiet ta’ tradiment.
Huwa keċċa lill-Kap tal-Aġenzija tas-Sigurtà magħrufa bħala l-SBU u l-Prosekutur Ewlieni fid-dawl li nfteħu aktar minn sitt mija u ħamsin każ ta’ tradiment lejn l-Ukrajna.
Hu stmat li bħalissa aktar minn sittin eks-ħaddiem fil-qasam tas-sigurtà qegħdin jaħdmu kontra pajjiżhom wara li spiċċaw f’teritorju okkupat mill-Forzi Russi.
F’intervent li għamel il-Ħadd filgħaxija il-Preisdent Ukren sostna kif l-ammont ta’ atti kriminali li kontra l-pedamenti tas-sigurtà Ukrena jqajjmu mistoqsijiet kbar fil-konfront ta’ dawk li sa ftit ilu kienu jokkupaw karigi importanti ferm.