Raġel ġarrab ġrieħi serji tant li kien hemm bżonn li tinbeda CPR wara li qabeż fil-baħar u sab il-blat. Il-każ seħħ il-Ħadd waranofsinhar taħt il-forti ta’ Tigne f’Tas-Sliema.
Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei flimkien ma’ ħaddiema tas-salvataġġ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li bdew b’ħidma delikata sabiex jassistu lir-raġel f’post li huwa pjuttost inaċċessibbli.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Wara madwar nofs siegħa ta’ CPR fuq il-post ir-raġel tgħabba fuq dinghy tal-Protezzjoni Ċivili fejn ddaħħal mal-moll ta’ Ta Sliema fejn sab ambulanza tistenna biex tieħdu Mater Dei għall-kura.
Dwar dan il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali.