Anzjan ta’ 66 sena residenti Tas-Sliema weġġa’ gravi wara li waqa’ fuq il-blat fl-Imġarr.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15 ta’ dalgħodu fil-Bajja tal-Qarraba.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li r-raġel weġġa’ wara li żelaq waqt li kien miexi waħdu fuq il-blat u waqa’.
Huwa ngħata l-assistenza mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili u minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.