Hamrun Spartans FC u Gzira United FC ikkwalifikaw għat-tieni rawnd tal-UEFA Europa Conference League hekk kif il-Ħamis filgħaxija huma rebħu l-partiti tagħhom kontra FC Alashkert u Atletic Club d’Escaldes rispettivament.
Wara draw ta’ 1-1 f’pajjiżna u draw ieħor il-Ħamis filgħaxija, Gzira U. kellhom jmorru għal ħin barrani b’Jefferson De Assis fil-105 minuta jiskorja l-gowl li wassal għal kwalfikazzjoni għat-tim immexxi mill-kowċ Darren Abdilla.
Fir-rawnd li jmiss Gzira United ser jilgħabu kontra Nis Radnicki ta’ Serbia.
Gzira United ser ikunu qed jilgħabu f’pajjizna fil-21 ta’ Lulju, filwaqt li t-tieni leg tintlagħab barra minn xtutna fit-28 ta’ Lulju.
Hamrun Spartans wkoll kwalifikaw għat-tieni rawnd ta’ din il-kompetizzjoni meta fic-Centenary Stadium huma għelbu lill-Alashkert bl-iskor ta’ 4-1.
Wara taqsima mingħajr gowls kienu Alashkert li fetħu l-iskor l-ewwel permezz ta’ Artak Yedigaryan fit-48 minuta. L-Spartans għamlu l-iskor 1-1 fil-55 minuta permezz ta’ Roko Prsa. Tmien minuti wara u Ħamrun marru għall-ewwel darba fil-vantaġġ grazzi għall-Ognjen Bjelicic. 72 minuta logħob u Ħamrun żiedu gowl ieħor permezz ta’ Jonny Robert do Nascimento Torrers.
Kwarta mit-tmien u t-tim immexxija mil-kowċ Branko Nisevic sabu x-xibka għar-raba’ darba grazzi għall-gowl ta’ Jorge Ailton Dos Santos Soares li għamel l-iskor finali 4-1. Fir-rawnd li jmiss Hamrun Spartans ser jilgħabu kontra FK Velez Mostar tal-Bożnija Ħerżegovina.
L-ewwel leg għall-Hamrun ser tkun barra minn pajjiżna fil-21 ta’ Lulju, bil-partita tar-ritorn f’pajjizna ser tintlgħab fit-28 ta’ Lulju.
Intant il-Ħamis kienu fl-azzjoni wkoll t-tim ta’ Floriana FC meta lagħbu fil-Moldova kontra FC Petrocub. Il-Greens kellhom ibaxxu rashom hekk kif ġew megħluba 1-0. Il-gowl waħdieni tal-partita wasal fis-26 minuta permezz ta’ Iaser Turcan.
Ritratti: Gzira United Football Club Floriana FC Hamrun Spartans Football Club