Katavru ta’ raġel fi stat avvanzat ħafna ta’ dekompożizzjoni nstab f’Birżebbuġa.
Kien għall-ħabta tas-6:15 ta’ filgħaxija meta daħal rapport fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Birżebbuġa dwar is-sejba tal-katavru. Huwa nstab f’għalqa faċċata ta’ Għar Dalam.
Minn tagħrif li kiseb ONE News, il-katavru tant hu fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni li ma jingħarafx, u għaldaqstant irid ikun mill-awtopsja li tiġi kkonfermata l-identità tal-persuna involuta.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Gabriella Vella fejn ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-investigazzjonijiet.