L-Unjin tal-Qwiebel u tal-Infermieri, l-MUMN, qed tipproponi li jitnaqqas b’ siegħa l-ħin tal-viżitaturi fl-Isptar Mater Dei sabiex l-infermieri u l-qwiebel ikunu jistgħu jittasferixxu d-doveri tagħhom fir-rigward tal-pazjenti b’mod aktar sigur.
F’ittra pubblika li bagħtet lill-Kap Ezekutttiv tal-Isptar Mater Dei, l-unjin ipproponiet li bejn is-6.30 u s-7.30 ta’ filgħaxija ma jiddaħħlux viżitaturi l-isptar sakemm jinbidel ix-xift u jsir it-trasferiment tad-doveri.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-unjin qalet li dawn l-ilmenti huma marbuta ma’ kwistjonijiet legali, għax il-qraba tal-pazjenti qed ifixklu dan il-proċess tant sensittiv tat-trasferiment tad-doveri bejn xift u ieħor.