Wara li l-Ajruport ta’ Heathrow ħabbar li se jkun qed jillimita n-numru ta’ passiġġieri għal mitt elf kuljum, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħabbar bidla fl-iskeda tat-titjiriet bejn il-15 u l-24 ta’ Lulju.
Aktar tibdiliet huma mistennija li jidħlu fis-seħħ fil-ġimgħat li ġejjin.
Dawn il-miżuri jirrikjedu li l-linji tal-ajru jieqfu jbigħu l-biljetti għal kull titjira li hija skedata titlaq mill-Ajruport ta’ Heathrow bejn il-15 u l-24 ta’ Lulju. Barra minn hekk, xi titjiriet oħrajn ġew ikkanċellati.
L-Air Malta ġiet avżata li t-titjira KM103 skedata waranofsinhar, fis-sittax u l-għoxrin ta’ Lulju fis-7.30pm, kif ukoll KM102 minn Malta għal Londra, se jtiru siegħa qabel il-ħin allokat.
It-titjiriet kollha l-oħra mistennija joperaw b’mod normali, mingħajr tibdiliet u skont l-iskeda.
Dawn it-tibdiliet huma riżultat ta’ bosta sfidi li qed jaffaċċja l-Ajruport ta’ Heathrow, li għadu ma tax kjarifiki rigward l-iskeda għal dati wara l-24 ta’ Lulju.
Bosta passiġġieri li għaddew minn Heathrow ilmentaw b’dewmien, kjuwijiet twal, u anke telf ta’ bagalji.